Awdjo: Bħal-lum fl-1964 kienu mietu 328 persuna waqt partita bejn il-Perù u l-Arġentina

Bħal-lum fl-1964, kienu mietu 328 persuna waqt partita internazzjonali bejn il-Perù u l-Arġentina, wara li l-partitarji tal-Perù li kienu home, invadew il-pitch wara li ma qablux ma’ deċiżjoni tar-referee. Ir-rispons tal-forzi tas-sigurtà, li nkluda l-gass tad-dmugħ, wasal għal iffullar kbir fil-bibien tal-ħruġ, iffullar li wassal għalll-imwiet.

Ritratt: Peruvian Institute of Sport

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħa-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twasslet waqt Today In History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.