Awdjo: Bħal-lum fl-1963 ħareġ l-ewwel Pink Panther

Bħal-lum fl-1963 kien ħareġ għall-wiri l-film The Pink Panther, l-ewwel wieħed minn serje ta’ kummiedji brillanti bil-parteċipazzjoni tal-attur komiku Peter Sellers. Sena wara kien beda jixxandar fuq it-televiżjoni Amerikan is-serje animata tal-karattru Pink Panther.

U bħal-lum fl-1976 kienet iddebuttat is-serje televiżiva Wonder Woman, b’Lynda Carter fil-parti prinċipali.

Lynda Carter bħala Wonder Woman

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.