Awdjo: Illum fl-1961 Yuri Gagarin tela’ fl-ispażju

Bħal-lum fl-1961 ir-Russu Yuri Gagarin sar l-ewwel persuna li telgħet fl-ispażju, permezz ta’ rockit jismu Vostok 1, li għamel orbita waħda tad-dinja.

U bħal-lum fl-1981 kienet bdiet l-ewwel missjoni tal-vettura spażjali magħrufa bħala l-iSpace Shuttle, l-unika vettura s’issa li setgħet tiġi użata aktar minn darba. Il-missjoni tal-Columbia kienet l-ewwel minn 135 missjoni li wettqu dawn il-vetturi.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.