Awdjo: Bħal-lum fl-1961 u fl-1972 kienu ntlagħbu żewġ partiti importanti

Bħal-lum fl-1961, il-Hibernians saru l-ewwel tim tal-futbol Malti li pparteċipaw f’kompetizzjoni Ewropea meta lagħbu żewġ logħbiet tat-Tazza taċ-Champions kontra Servette tal-Iżvizzera. Huma tilfu l-ewwel leg away bi skor ta’ 5-0, riżultat mistenni għax it-timijiet Maltin ma kienux mdorrijin jilgħabu fuq it-turf, taħt il-floodlights u fix-xita. Però t-tieni leg hawn Malta spiċċat b’telfa minima għall-Pawlisti bi skor ta’ 1-2.

Bħal-lum ukoll imma fl-1972, Floriana akkwistaw rebħa rari ħafna għat-timijiet Maltin kontra skwadra magħrufa Ewropea: 1-0 fuq il-Ferencvaros tal-Ungerija, li dak iż-żmien kienu meqjusa bħala wieħed mill-aqwa ismijiet fil-futbol Ewropew.

Il-logħba kienet valida għall-kompetizzjoni tat-Tazza tat-Tazzi. Sfortunatament, l-Ungeriżi pattew għad-disfatta tal-ewwel leg billi rebħu l-partita home bi skor ta’ 6-0.

Ritratt: Karl & Tonio Farrugia Football Collection

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Dan it-tagħrif twassal waqt Today In History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.