Awdjo: Bħal-lum fl-1941 ħareġ il-film The Maltese Falcon

Bħal-lum fl-1941 ħareġ għall-wiri The Maltese Falcon b’Humphrey Bogart fil-parti prinċipali. Ir-rabta ma’ Malta f’dan il-film hija żgħira ħafna: il-figura tal-falkun Malti li fuqha ddur l-istorja. Hija rappreżentazzjoni tal-falkun li kellu jingħata darba fis-sena bħala ċens fuq il-gżejjer Maltin mill-Kavallieri ta’ San Gwann lis-sid tal-gżejjer, ir-Re ta’ Spanja.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara fit-3 ta’ Ottubru fis-snin l-imgħoddija.