Awdjo: Bħal-lum fl-1886 intlagħbet l-ewwel partita uffiċjali tal-futbol f’Malta

Skont ir-riċerka tal-istoriku tal-futbol Malti Carmel Baldacchino, bħal-lum fl-1886 kienet intlagħbet f’Malta l-ewwel partita li tista’ tissejjaħ uffiċjali, bl-involviment ta’ referee. Il-partita intlagħbet bejn għażla ta’ plejers minn Bormla li sejħu lilhom infushom Cospicua St Andrews u tim tal-militar Ingliż mir-reġiment ta’ Shropshire. Il-partita spiċċat b’rebħa ta’ 4 bi 2 għall-Ingliżi, imma tibqa’ mfakkra aktar għal futbol pjuttost indixxiplinat u l-pika li intwerew fuq il-pitch, biċċa art ċatta f’Ħaż-Żabbar.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.