Awdjo: Bħal-lum kien beda l-ewwel tournament tat-Tazza tad-Dinja

Bħal-lum fl-1930 kien beda l-ewwel tournament tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol li kien sar fl-Urugwaj bil-parteċipazzjoni ta’ 13-il team, u li kien intrebaħ minnhom stess.

U bħal-lum fl-2014, il-Ġermanja rebħu r-raba’ Tazza tad-Dinja tagħhom billi għelbu lill-Arġentina bi skor ta’ 1-0 fil-Brażil.

Ritratt: Argentine Football Association Library

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twassel waqt Today In History, li jixxandar fuq 103 Malta’s Heart.