Awdjo: Bħal-lum 7 persuni mietu fit-traġedja tal-Patrol Boat C23

Bħal-lum fl-1984 kienet seħħet it-traġedja tal-Patrol Boat C23 li ħalliet ħames suldati u żewġ pulizija mejta. Huma kienu vittmi ta’ splużjoni fuq il-Patrol Boat li kienet qiegħda ġġorr ammont konsiderevoli ta’ murtali li kienu ġew maħduma illeġalment, u li kienu se jkunu mormija fil-baħar fond lil hinn minn Kemmuna.

Fid-diżgrazzja kienu mietu Joseph Pace, 36 sena minn Santa Venera; William Simpson, 36 sena minn Lija; Anthony Vella, 20 sena minn Għajnsielem, Għawdex; Saviour Muscat, 30 sena minn Birkirkara; u Joseph Hare, 24 sena minn Sliema.

Kienu mietu wkoll Francis Borg, 36 sena mill-Ħamrun Anthony Farrugia, 27 sena miż-Żejtun, u li l-katavri tagħhom qatt ma kienu mietu.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.