Awdjo: Bħal-lum inawguraw is-servizz tal-ferrovija

Bħal-lum fl-1883, fit-3pm, kien ġie inawgurat is-servizz tal-ferrovija, magħruf ukoll bħala l-vapur tal-art, bl-ewwel vjaġġ ikun bejn il-Belt Valletta u l-istazzjon ta’ taħt l-Imdina. Is-servizz baqa jaħdem sal-1931.  

Ritratt: Facebook/MaltaRailwayFoundation

U bħal-lum fl-1979 ingħata permess li ma jibqgħux jintużaw kundutturi fuq il-karozzi tal-linja, minħabba l-fatt li ħafna minnhom kienu jkunu membri tal-familja tax-xufiera li kienu qed jaħdmu taħt l-età.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.