Awdjo: B’€120 fis-sena tista’ tmantni tifel jew tifla fil-bżonn

Eluf ta’ tfal jeħtieġu sapport finanzjarju sabiex ikollhom kura medika tajba f’pajjiżi bħall Gambja u Guinea. Dan il-weekend qiegħda ssir il-maratona annwali tal-Fondazzjoni U biex jinġabru fondi għal dawn it-tfal, li l-Maltin jistgħu jisponsorjawhom billi jħallsu €120 fis-sena għall-manteniment tagħhom.

Dan qalu Charles Briffa mill-Fondazzjoni U ma’ Newsbook.com.mt fejn spjega li l-flus li jinġabru se jmorru għall-Kapuċċini, għas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù li jaħdmu ma’ dawn it-tfal fl-Etijopja, u għall-isponsors għat-tfal kif imsemmi. S’issa nġabru aktar minn €50,000.

https://www.facebook.com/fondazzjoniu/videos/631364100632139/?__xts__%5B0%5D=68.ARDr4NGghAEKyRcahaeEXEQ1XHEUSeJcNxmphRyJlYNLwAjfYLx4Gw3XmOcpWi0rN1Ricj3XO2FjGM5KnixZc3u2zSpnJkarIdZK4J2Nlri1vCmO4YrL5HJAH5C1alxlCEXTn8VCHNfZwuYdTiVhBcEYCq2ae13RlexC0obxJKmADxP14QTDPiKFEDfeJDexNk1Wy7qvXCB-Yn0roXZ2cLCCUsxjrBOgclSyTwDF2ybbPcbgPmaoX2hMl_wRJwSSTJp_u3c4nUv7Ok84F8qlYnnHZI_VX1EjjDOBApmuMFD2CPlg8T2GDG3C7AisTdwtHpzrw_WveQMh-ZlqNZR0t8lbG_s1RuI_Rso&__tn__=-R

Huwa rrakkonta kif hu stess kien addotta tifla mill-Etijopja permezz tas-sorijiet Franġiskani, u kkummenta li huma ħafna l-Maltin li jaddottaw tfal minn dan il-pajjiż. Qal li f’dawn il-pajjiżi, l-isptar tal-istat joffri biss kura bażika, allura sabiex isalvaw, dawn it-tfal ikollhom jirrikorru għall-privat, li jiswa l-eluf. B’hekk, billi l-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu d-donazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet, ikunu qegħdin jgħinu biex isalvaw il-ħajjiet ta’ dawn it-tfal li x-xorti ma tbissmitilhomx.

Minbarra donazzjonijiet ta’ flus, il-Fondazzjoni appellat ukoll lil min għandu xi kotba użati u jixtieq li jagħtihom għall-missjoni biex iċempel fuq 21 230 230 jew jikkuntattja lill-Fondazzjoni fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook.

Iktar dettalji hawn.