Awdjo: Attività f’Marsaxlokk b’risq tfal fl-Afrika u l-Indja

Bħal issa l-għaqda mhux governattiva EDUCA qeda ittella’ attività b’risq il-bżonnijiet ta’ tfal fqar li jgħixu fl-Indja u l-Afrika.

Dwar l-attività f’Marsaxlokk newsbook ħa l-kumment tal-voluntiera Rachel Cremona.

Il-missjoni tal-għaqda EDUCA tinvolvi l-iżvilupp tal-kapaċità umana bl-iskop li tfal f’komunitajiet Indjani u Afrikani, ikunu kapaċi jiffaċċjaw il-bżonnijiet tagħhom f’pajjiżhom stess.

Għal dan l-iskop EDUCA torganizza attivitajiet umanitarji u edukattivi fl-isfond tat-tagħlim Nisrani u tipprovdi għajnuna lil nies sabiex iħarsu aħjar l-interessi u l-bżonnijiet tat-tfal bil-għan li jibnu komunitajiet iktar sostenibbli.

L-EDUCA tippromwovi wkoll l-involviment tan-nisa fil-proċess ta’ żvilupp tal-komunitajiet li tieħu ħsieb u tippromwovi l-użu bil-għaqal tar-riżorsi naturali.