Awdjo: Arrigo jirreżenja minn Teżorier tal-PN; jibqa’ Viċi Kap

Robert Arrigo
Miguela Xuereb

Read in English.

Robert Arrigo rreżenja minn Teżorier tal-Partit Nazzjonalista iżda se jżomm l-irwol tiegħu bħala Viċi Kap.

Dan ħabbru waqt intervista fuq NET FM illum waranofsinhar.

Huwa qal li m’għandux problema jtemm il-mandat tat-tesserati bħala Viċi Kap tal-PN, iżda fil-kariga ta’ Teżorier, talab lill-Eżekuttiv tal-PN jaħtar lil ħaddieħor.

Arrigo kien beda jokkupa l-kariga ta’ Teżorier meta l-Partit Nazzjonalista ma setax isib lil xi ħadd biex jieħu post Antoine Zammit, li rreżenja mill-kariga madwar sena ilu.

Fi Frar li għadda, Arrigo kien indika li se jirriżenja mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, iżda xahar wara kkjarifika li mhux beħsiebu jirreżenja.