Awdjo: Appell għal investigazzjoni dwar siġar mejta f’San Ġiljan

L-ambjentalist Dr Alan Deidun qed jappella lill-awtoritajiet biex jinvestigaw siġar fil-ġonna ta’ Villa Rosa f’San Ġiljan.

Dan wara li mietu madwar 8 siġriet indiġeni u kbar, li possibilment kellhom mijiet ta’ snin.

Filwaqt li jittama li l-mewta tas-siġar ma kinitx prematura, Dr Deidun jissuspetta li s-siġar ma mitux b'kumbinazzjoni.  Dan għax fi kliemu, għadha kif ġiet sottomessa proposta ta' żvilupp lill-MEPA fil-parti t’isfel ta’ dawn il-ġonna.

Deidun appella wkoll biex ikun hemm garanzija bankarja fuq siġar maturi ladarba tiġi sottomessa applikazzjoni għall-iżvilupp, u mhux qabel joħroġ permess.