Awdjo: ‘App’ biex iżżid il-komunikazzjoni bejn l-istudenti u l-Università

L-ammont dejjem jiżdied ta’ studenti Universitarji li jużaw l-aħħar teknoloġija ta’ mowbajls, inkoraġġiet lill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) biex joħorġu app speċifikament indirizzata lill-istudenti.

Mario Cachia, president tal-KSU, iddeskriva din l-app bħala fost l-aktar innovattivi f’Malta.

Din l-app toffri diversi servizzi tal-KSU. Tinkludi wkoll ‘feature’ fejn student jista jara countdown għall-istipendju li jmiss.

Mistoqsi minn Newsbook jekk jaħsibx li dan huwa mod kif tista tonqos il-burokrazija fl-Università, hu saħaq li din it-teknoloġija se żżid il-komunikazzjoni bejn l-istudenti u l-KSU.

Din l-application ġiet mnedija il-Ġimgħa filgħodu, wara aktar minn 9 xhur ta’ ħidma fuqha.

Skont stħarriġ li sar is-sena li għaddiet, madwar seba’ minn kull għaxar studenti għandu smart phone jew mowbajl li jaċċessa l-internet. L-app diġa tinsab fuq l-app store, u fi ftit jiem tkun ukoll fuq Google Play.