Awdjo: Annimali f’Għawdex igawdu mill-karti tal-banek

Bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart, l-iskola St. Francis tar-Rabat Għawdex ħejjiet diversi attivitajiet biex iqajjmu kuxjenza fost l-istudenti dwar it-tnaqqis tal-iskart.
Għal dan l-għan, l-istudenti ġabru wkoll il-karti shredded mill-fergħat tal-banek f’Għawdex biex jingħataw lill-bdiewa għal taħt l-annimali fl-irziezet tagħhom.
Din il-ġimgħa l-istudenti ħejjew ukoll business card holders oriġinali magħmulin mill-kaxxi tal-cassettes qodma. Dawn l-oġġetti minn materjal riċiklat tqassmu fit-toroq madwar l-iskola u xi rħula Għawdxin.
L-istudenti kellhom ukoll jippreżentaw sessjoni qasir dwar informazzjoni edukattiva dwar l-immaniġjar tal-iskart fejn fiha spjegaw il-bżonn li nnaqqsu mix-xiri biex nużaw dak li diġa għandna.
Attività oħra li ħolqot interess fost l-istudenti kien il-bazaar fil-bitħa tal-iskola fejn l-istudenti kienu mitluba jġibu uniformijiet, kotba u ġugarelli biex jinbiegħu lill-pubbliku.
Tista’ tisma’ l-intervista sħiħa fil-programm Baħar Jaqsam fuq RTK, illum fit-3.05pm.