Awdjo: Alan Montanaro – Minn fuq il-palk għall-Kambodja

L-attur magħruf Alan Montanaro pit’għada se jħalli Malta biex iqatta’ xahar il-Kambodja.

Hemmhekk se jmexxi grupp ta’ seba’ Maltin li se jgħallmu l-Ingliż permezz tad-drama lit-tfal tat-triq fil-kapitali Phnom Penh kif ukoll f'istitut tat-tfal.  

Ma’ Newsbook, Alan tkellem dwar il-ġenerożità fenomenali tal-Maltin li tawh ħwejjeġ għat-tfal u oġġetti li se jintużaw fit-taħriġ.

Bl-umoriżmu sinonimu tiegħu, Alan isemmi kif l-intrata tad-dar tiegħu bħalissa qisha bażar mimlija affarijiet li se jieħu miegħu il-grupp.  

It-tama ta' Alan hi li flimkien ma' sħabu jagħmel differenza għall-aħjar fil-ħajja tat-tfal tat-triq tal-Kambodja.