Awdjo: Aħjar minflok, tagħti ċinga dan il-Milied

L-Annimal Behaviourist u r-Re-Homing and Education Manager tal-MSPCA Christian Pace qal ma’ Newsbook.com.mt li minflok persuna tagħti annimal bħala rigal, ikun aħjar jekk għall-ewwel jinxtara oġġett simboliku bħaċ-ċinga.
F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt, Pace spjega li b’hekk il-persuna l-oħra imbagħad tkun tista’ tagħżel annimal li tkun komdu li żżommu. Huwa qal li sfortunatament, l-għoti tal-annimali bħala rigal għadu komuni ferm.
Pace qal li l-annimali mhumiex oġġetti li wieħed jista’ jaqbad u jarmi. Madanakollu, qal li dan xorta jiġri b’mod speċjali b’klieb li jkunu għadhom żgħar ħafna peress li ma jkollhomx microchip.
Stqarr ukoll li jkun hemm każijiet fejn l-annimali ma jiġux trattati b’mod xieraq peress li ma jkunux mixtieqa mill-familja.
F’xiex għandek taħseb qabel ma’ tixtri annimal?
Pace qal li wieħed għandu jaħsibha sew qabel ma jixtri annimal. Stqarr li fost affarijiet oħra wieħed irid jevalwa:

  • Il-bżonnijiet tar-razza tal-annimal
  • Xi stil ta’ ħajja jgħix
  • Kemm għandu ħin liberu
  • Il-qagħda finanzjarja