Awdjo: 59 sena mill-mewt ta’ Turu Rizzo

Bħal-lum fl-1961 kien ħalliena l-għawwiem Turu Rizzo, li kien ipparteċipa fl-Olimpjadi tal-1928 f’Amsterdam bħala plejer tal-waterpolo u li kien magħruf għal bosta għawmiet ta’ tul notevoli, fosthom għawma kontinwa ta’ 68 siegħa u 18-il minuta fl-1930.

Dan ir-rekord mondjali kien miksur biss min-neputi ta’ Turu, Albert, fl-1980.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twasslet waqt Today In History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.