Awdjo: 4 snin mill-mewt ta’ Prince

Id-diska numru wieħed fl-Amerika bhal-lum fl-1973 kienet Tie A Yellow Ribbon Round the Old Oak Tree ta’ Tony Orlando u l-grupp tiegħu Dawn.

Ħdax-il sena wara fl 1984 in-numru wiehed kienet Against All Odds ta’ Phil Collins.

Jeff Bridges u Rachel Ward f’xena mill-film Against All Odds, li s-soundtract kienet interpretata minn Phil Collins

U fl-1990 kien hemm fil-quċċata Nothing Compares to You ta’ Sinead O’ Connor, miktuba minn Prince.

Appuntu, bhal-lum fl-2016 kien halliena dan il-kantant u mużiċist, fl-età ta’ 57 sena. Prince kien ismu proprja, u kunjomu kien Rogers Nelson.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.