Awdjo: 35 sena mit-traġedja tal-patrol boat; mietu 5 suldati u 2 pulizija

Niklas Rhöse, Unsplash

 

Bħal-lum fl-1984, seħħet it-traġedja tal-Patrol Boat C23, li ħalliet ħames suldati u żewġ pulizija mejta. Huma kienu vittmi ta’ splużjoni fuq il-Patrol Boat li kienet qed iġġorr ammont konsiderevoli ta’ murtali li kienu nħadmu illegalment, u li kienu se jintremew fil-baħar fond lil hinn minn Kemmuna.

X’ġara iktar fis-7 ta’ Settembru tas-snin l-imgħoddija?

  • Fl-1876, kien twieled Francesco Buhagiar li fl-1923 sar it-tieni Prim Ministru ta’ Malta. Huwa serva fil-pożizzjoni għal sentejn u kien elett mill-Partit tal-Unjoni Politika Maltija.
  • Fl-1909 kien miet l-ewwel pilota ta’ ajruplan bil-magna f’diżgrazzja tal-ajru.
  • Fl-1923, ġiet iffurmata l-organizzazzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra l-kriminalità, l-Interpol.

Illum:

  • Jum l-Indipendenza fil-Brażil
  • Jum iddedikat għall-Atleti Paraolimpiċi
  • Jum id-Daqna

Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz ta’ 103