Awdjo: 32% tat-tfal ta’ seba’ snin Maltin huma obeżi

F’Malta, 32% tat-tfal li għandhom seba’ snin huma obeżi filwaqt li 15% ta’ tfal li għandhom 13-il sena jaqgħu ukoll taħt din l-istess kategorija.

Newsbook tkellem ma’ Dr Charmaine Gauci mid-Direttorat għall-promozzjoni tas-saħħa. Hija qalet li 36% tal-adulti f’Malta għandhom piż żejjed filwaqt li 22% huwa obeże. Fid-dawl tal-aħbar li l-akkademja tal-Medical Royal College qed tinsisti li fl-Ingilterra tiddaħħal taxxa ta’ 20% fuq xorb li fih ħafna zokkor, Dr Gauci spjegat kif esperiment ta’ dħul ta’ taxxa bħal dan jirrikjedi iktar studju.

L-akkademja tal- Medical Royal College qed tgħid li permezz ta’ dħul ta’ taxxa ta’ 20%, jista’ jintemm iċ-ċiklu ta’ ġenerazzjonijiet ta’ tfal obeżi. Figuri juru li wieħed minn kull erbgħa t’itfal fl-Ingilterra huma obeże. L-obeżita’ tista’ twassal għall-problemi fil-qalb, kanċer u anke dijabete.