Awdjo: 3 ħaddiema kienu mietu wara li ntradmu taħt it-terrapien fil-Gżira

hseblog.com

Bħal-lum fl-1937, tliet ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi mietu meta ntradmu taħt terrapien, waqt li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ tiswija f’mina tad-drenaġġ fil-Gżira. Tliet ħaddiema oħra li kienu magħhom, kienu ġew salvati.

X’ġara iktar fl-20 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

  • Fl-1940, il-Prim Ministru Winston Churchill jindirizza l-Parlament Ingliż bid-dikjarazzjoni famuża, li fost l-oħrajn, l-Ingliżi mhux se jċedu lill-għadu Nażista – anzi, se jiġġeldulhom fuq il-bajjiet, fl-għelieqi, fil-bliet, fl-ibħra u anke fl-ajru.
  • Fl-1993, ġie ffirmat it-trattat ta’ Oslo, ftehim milħuq fin-Norveġja bejn Iżrael u rappreżentanti tal-poplu Palestinjan, biex dawn jieħdu t-tmexxija tal-artijiet ta’ Gaza u tax-Xatt tal-Punent, wara ħafna snin ta’ okkupazzjoni Iżraeljana.

Illum il-festa ta’:

  • San Bernard Abbati u Duttur tal-Knisja

Illum:

  • Jum il-Luminata
  • Jum in-Nemus
  • Jum l-Indipendenza tal-Estonja mill-UnjoniSovjetika

Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz minn 103