Awdjo: 20 jirnexxilhom jirbħu d-droga grazzi għall-Caritas

Illejla se jiggradaw 20 resident li temmew il-programm f’San Blas, f’Santa Marija Birkirkara u persuni li qed jiskontaw sentenza l-ħabs u talbu li jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni.  Oħrajn ġejjin minn servizzi komunitarji li toffri l-Caritas.
F’kummenti lil Newsbook.com.mt, Monsinjur Karm Farrugia Direttur ta’ San Blas, spjega li wħud minn dawn ilhom xhur li temmew il-programm u diġà bdew jintegraw ruħhom lura fis-soċjetà.
Għalkemm il-mixja mhux faċli, Monsinjur Farrugia qal li l-fatt li dawn l-20 se jiggradwaw ifisser li huwa possibli li wieħed jinqala’ mill-vizzju.
Spjega li l-programm residenzjali hu mibni fuq erba’ prinċipji: is-saħħa fiżika, mentali, spiritwali u biex wieħed jingħaqad lura fis-soċjetà.
Dun Karm saħaq li t-triq ‘il quddiem għal  dawn persuni  hija li jżommu sħiħ fil-fehma tagħhom biex ma jfittxux sens f’sustanzi barranin.
Żied li s-soċjetà trid tifhem li minkejja li żbaljaw dawn jibqgħu persuni. Qal li jittama li issa li temmew din il-mixja, is-soċjetà tilaqgħhom lura.
Mistoqsi dwar problemi li jistgħu jsibu, Monsinjur Farrugia qal li d-diffikultajiet huma bħal dawk li jsibu żgħażagħ oħra. Qal li d-dinja hija mimlija bil-materjaliżmu u l-individwaliżmu u għalhekk kulħadd sar jiġbed il-ħabel tiegħu u jinsa lil ħaddieħor.
Appella lis-soċjetà biex tevalwa fuq xiex qed tibni. Saħaq li llum hawn ħafna opportunitajiet u kulħadd, minkejja l-passat tiegħu, għandu jkun milqugħ.
It-tema tal-gradwazzjoni ta’ din is-sena hija “Kull Persuna Hija Rigal” għax fi kliem Monsinjur Farrugia dak li s-soċjetà trid issib fil-persuna li naq