Iċ-ċiklisti tal-LifeCycle daħlu fir-raba’ jum tal-isfida hekk kif dalgħodu daħlu fil-Litwanja u bħalissa qed jaqdfu mal-Baħar Baltiku biex ikunu jistgħu jaslu l-Latvija.
Min-nhar it-Tnejn li għadda ċ-ċiklisti diġà qadfu fi tliet pajjiżi differenti. Ikkumparat mal-jiem ta’ qabel, ilbieraħ u llum kienu jumejn kwieti hekk kif kellhom ukoll ftit tal-ħin liberu.
L-Erbgħa qadfu 154 kilometru waqt li llum kellhom jagħmlu 184 kilometru.
Għada l-Ġimgħa se jkollhom jaqdfu 220 kilometru.
Iċ-ċiklist li kien waqa’ bir-rota fl-ewwel ġurnata imma kompla jaqdef xorta waħda, sfortuntament kellu se jkollu jieqaf ftit jiem mill-isfida biex ikun jista’ jirkupra saħtu lura.
Intant, tista' tgħin lill-pazjenti morda bil-kliewi billi tagħti donazzjoni fuq: www.lifecyclechallenge.com.
Isma' il-kumment ta' Vanessa Macdonald billi tagħfas fuq l-awdjo.