Avviżi Komunitarji s-Sibt 23 ta’ Frar

  • Festa ta Santa Rita fil-knisja ta Santu Rokku, Birkirkara, kull nhar ta Hamis sas-6 ta’ Mejju, tigi ccelebrata quddiesa fil-10a.m., 5.30 u 7 ta filghaxija. Fis-6.00p.m.adorazzjoni u celebrazzjoni Ewkaristika.
  • Il-grupp tal-Madonna tal-Labtu l-Ahdar, kull nhar ta Erbgha, fil-knisja ta San Gakbu il-Belt, mid-8.45a.m. sal-10.00a.m. jinghad ruzarju u talb. Kulhadd huwa mistieden.
  • Dehriet tal-Madonna ta’ Lourdes fil-kappella grotta tal-kapuccini fil-Furjana. Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9.30a.m. Ruzarju u kurunella. Fl-10.00a.m. tigi iccelebrata quddiesa. Fil-5.30p.m. adorazzjoni segwita bir-ruzarju kurunella u quddiesa. Il-Hadd fil-11.00a.m. tigi iccelebrata quddiesa.
  • Il-Qawmien – stqarrija ta’ fidi permezz tat-testi tat-Testment l-Gdid. Kors organizzat mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, kull nhar ta Hamis bejn 10 – 11a.m. min Monsinjur Joseph Sultana, f’Sala Terra Santa, 7, Triq Santa Lucija, Il-Belt.
  • Il-Kunsill Provincjali Lajci Dumnikani qieghed jorganizza konferenza, sensiela ta’ tlett prezentazzjonijiet u diskussjoni bit-tema, ‘Predikazzjoni bil-Mezzi Moderni tal-Midja Socjali’, fil-Kullegg San Albert il-Kbir, Triq l-Ifran il-Belt, ghada l-Hadd 24 ta’ Frar fil-5.15p.m. Imexxi l-Konferenza Bro Aaron Zahra Dumnikan. Qabel il-konferenza se tigi ccelebrata quddiesa fl-4.30p.m. Ghal aktar informazzjoni cemplu 79269914 jew 9927 0958. Email: charlespsaila@live.com
  • ‘L-ansjeta’ fit-tfal – għarfien u kura’ –  kors informattiv u psiko-edukattiv organizzat mid-dipartiment tal-psikoloġija  b’ kollaborazzjoni mad-dipartiment tal-pedjatrija fi hdan l-iSptar Ġenerali t’Ġhawdex.Il-laqgħat jiġu ffaċilitati minn Dr. Laner Cassar, Dr. Pamela Portelli, Tania Farrugia,  Maria Grech Debono u  Maria Grech Brincat (Dipartiment tal-Psikoloġija)  u minn Dr. Victor Mercieca (Dipartiment tal-Pedjatrija). Jingħata ċertifikat ta’ attendenza.Biex tibbukkja post ċempel fuq in-numru 22106 322 . Il-laqgħat ser isiru waħda kull gimgħa bejn id-9.00 u l-10.30a.m minn nhar it-Tnejn 4 ta’ Marzu, fil-lecture room (Sptar Ġenerali ta’ Ġħawdex).
  • Nhar l-Erbgha 27 ta’ Frar fil-Knisja ta’ Marija Bambina – Triq Santa Rita r-Rabat ( ta’ qasha) fil-5.30pm ser issir Funzjoni Marjana mill-Grupp tal-Kompensatici tal-Parrocca taghna, kulhadd huwa mistieden. Wara fis-6.00pm ssir Quddiesa mill-Kan. John Buhagiar, direttur spiritwali u rettur taz-Zona tan-Nigret. Il-quddiesa tkun animata mill-Grupp Tiberija Familja tal-Parrocca tar-Rabat.
  • Liverpool Cathedral Choir ser jaghtu kuncert sa ghada l-Hadd 24 ta’ Frar, jidderigi il-maestro Lee Ward akkumpajnjat mil-organista Prof. Ian Tracey.Illum  s-Sibt fil-Basilika ta’ San Gorg Victoria, Ghawdex. Ghada l-Hadd 24 ta’ Frar f’St Paul’s Pro-Cathedral, il-Belt. Dhul b’xejn. Ghal aktar informazzjoni zuru is-sit: www.noelgallo-organs.com/events
  • Memorja Kollettiva u identita f’eks-Kolonja – Kors ta’ 5 lekcers minn Dr Charles Xuereb kull nhar ta Tnejn sa 18 ta Marzu mis-6.30 sat-8.00p.m. Philosophy Sharing 181, Centru Ghall Volontarjat, Triq Melita, Il-Belt.
  • Teatru Malta ser ittellghu l-opra tant mistennija ghat-tfal  ‘Il-Qtates ta’ max-Xatt’ illum it-23 u 24 ta’ Frar fi 3.00p.m. u fis-6.00p.m. bi shubija ma’ Festivals Malta. Dan l-ispettaklu magiku huwa adattament tal0jtieb tat-tfal ferm mahbub tal-awtrici Maltija Clare Azzopardi b’direzzjoni ta’ Denise Mulholland u kompozizzjoni ta Euchar Gravina. L-opra, adatta ghat tfal ta’ bejn it-8 u 10 snin se ssir fil-bini storiku tal-Muzew Marittimu tal-Birgu. Ghal aktar informazzjoni zur  teatrumalta.org.mt jew cempel 21220255.
  • L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tippresenta Wirja Artistika minn Pierre Muscat  min ghada il-Hadd 24 ta’ Frar sad-9 ta’ Marzu, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sas-Sibt: mis-6pm sat-8pm. Ħdud: mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm. Għal aktar tagħrif sibuna fuq facebook: Razzett tal-Markiż jew fuq il-Website tal-Għaqda: talentmosti.com
  • Bejn illum u  ghada l-Hadd 24 ta’ Frar, il-Grupp Familji Frangiskani ser jorganizzaw bazaar annwali b’risq il-Missjoni tal-Kapuccini fil-Kenja, bil-ghan li tinbena skola gdida f’Garissa, il-Kenja.Dan ser isir fis-sala tac-Centru Kultura Frangiskana magenb il-Kappella ta’ Lourdes fil-Furjana. Jiftah kuljum bejn it-8.30 u nofs inhar u bejn l-4.30 u t-8.00 ta fil-ghaxija.
  • Paws 4  A Cause huwa c-Charity Shop b’risq L-SPCA Malta u jinstab f’25, Triq Gorg Borg Olivier Sliema.  Jaċċettaw ukoll donazzjonijiet ta’ oġġetti, u jkun miftuħ mit–Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.30am sal-5.30pm u s-Sibt mid-9.30am sas–1.00pm. Min jixtieq jissieħeb bħala volontier fil-ħanut  jista’ jibgħat e-mail fuq fundraising@spcamalta.org jew 21332201.
  • Il-Grupp Step Up For Parkinson’s jorganizza klassijiet taż-żfin immirati apposta biex jgħinnu lil dawk li għandhom din il-kundizzjoni u lil carers tagħhom.  Il-klassijiet isiru bla ħlas f’lokalitajiet differenti.  Aktar tagħrif jinkiseb billi ċċemplu 99200822 jew ibgħatu email info@StepUpForParkinsons.com
  • Din is-sena ukoll l-Island Sanctuary se terġa tippublika l-kalendarju annwali biex tiġbor fondi b’risq is-Santwarju. Dawk interessati  li jirreklamaw f’dan il-kalendarju jew jixtruh wara l-pubblikazzjoni huma mitluba jċemplu  lil Caroline fuq 99404738 jew email  bonmax@maltanet.net