Avviżi Komunitarji l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju

  • Il-grupp tal-Madonna tal-Labtu l-Aħdar, kull nhar ta’ Erbgħa, fil-knisja ta San Ġakbu il-Belt, mid-8.45a.m. sal 10.00a.m. jinghad ruzarju u talb.  Kulhadd huwa mistieden.
  • Festa ta’ San Josemaria Escriva il-fundatur ta’ Opus Dei. Ser issir quddiesa nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju fis-7.30p.m. fil-knisja tal-Madonna tal-Ħerba, Birkirkara. Imexxi l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju.
  • Il-quddiesa ta’ Liberazzjoni li jmiss ser tigi ċċelebrata  nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ġunju fil-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar fis-6.30 ta’ filgħaxija. It-tema tal-Quddiesa  għal  dan ix-xahar hija “Ħelsien minn rabtiet mal-Ispiritizmu”   Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu  fuq numru 9949 6243.Ser issir ukoll Quddiesa ta’ Liberazzjoni ohra l-għada l-Ħamis 27 ta’ Ġunju fil-Paroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes San Ġwann. Il-Quddiesa tkun iċċelebrata minn Patri Elija Vella u tibda fis-7.15 ta’ filgħaxija.  It-tema tal-quddiesa tkun “Helsien permezz ta’ Maria Immakulata”. Għal aktar informazzjoni tistghu iċċemplu 99022634 jew 99496243.
  • Festa tal-martirju Ta’ San Pawl Appostlu f’għeluq l-10 snin minn meta ġiet iċċelebrata l-ewwel purċissjoni f’Marsalforn u  fl-okkazjoni tal-ftuħ tal-knisja wara restawr estensiv.  Għada Il-Hamis 20 ta’ Gunju,  l-ewwel Jum tan-Novena. Fil-5.00 p.m. nibdew bl-adorazzjoni wara, rużarju, kurunella lil San Pawl u Barka Sagramentali . Fis-6.00 p.m. quddiesa mmexxija minn Dun Gużepp Cini.
  • Kwaranturi Solenni u l–Festa ta’ Corpus Christi fil-knisja parrokkjali Matriċi ta’ Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar. Il-Ħamis 20 ta’ Ġunju, Il-Ġimgha 21 ta’ Ġunju u s-Sibt 22 ta’ Ġunju it-tlett ijiem tal-Kwaranturi. Fit-8.00a.m. quddiesa kkonċelebrata u ftuh tal-kwaranturi, espożizzjoni solenni mit-8.30 sa nofs in-nhar u bejn 4 u 6.00p.m. Fil-5.00p.m. Adorazzjoni solenni u barka sagramentali. Fis-6.00p.m. quddies bi ħsieb fuq l-Ewkaristija.
  • Għall-okkażjoni tal-400 anniversarju mill-wasla tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu ser isir Pellegrinaġġ Nazzjonali lejn is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu fl-Għarb, Għawdex.   Il-pellegrinaġġ, organizzat mid-djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex ser isir is-Sibt 22 ta’ Ġunju u jilħaq il-qofol tiegħu b’quddiesa pontifikali mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Isqfijiet Maltin l-oħra u ma’ għadd ta’ saċerdoti.L-Arċiprieti u l-Kappillani f’Malta ġew mitluba jorganizzaw trasport kollu mill-parroċċi rispettivi tagħhom sas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex u lura lejn il-parroċċa.
  • Il-Kummissjoni Emigranti tavża li s-Sagramenti ta’ l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma ta’ l-Isqof għat-tfal ta’ L-emigranti Maltin li jkunu Malta fis-sajf, ser issir nhar lErbgħa, 31 ta’ l-Lulju. Min hu interessant, għandu iċempel Dar l-Emigrant 21222644 għal aktar dettalji.
  • L-Oratorju Don Bosco se jerġa’ jorganiżża Klabb tas-Sajf għat-tfal u l-istudenti bejn 4 snin u 13-il-sena matul is-sajf li ġej. Dan il-Klabb se jlaqqa’ diversi gruppi ta’ subien u bniet skont l-eta’ tagħhom għal diversi attivitajiet kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn id-9.00am u nofsinhar matul Lulju u Awwissu. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Oratorju Don Bosco stess jew mill- websajt :donboscogozo.org , u jibqgħu jintlaqgħu sal-aħħar ta’ Mejju. Din is-sena se jerġa’ jsir ukoll programm speċjali għal dawk li qegħdin fil-Year 8 jew Form 2.
  • L-Għaqda Filantropika Talent Mosti  se tippresenta is-60 edizzjoni tas-sensiel ‘Niltaqgħu mal-Awtur’. Il-mistiedna se tkun l-attriċi, xandara u poetessa Margaret Agius fejn se tagħti ħarsa lejn il-karriera tagħha fil-qasam tad-drama u x-xandir.Se nassistu wkoll għat-tnehdija ta’ pubblikazzjoni ġdida li fiha tiġbor damma ta’ poeżiji li nkitbu minnha kif ukoll minn ħutha Charles u Peter, flimkien ma’ illustrazzjonijiet, xogħol ta’ oħtha Janet. Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju fis-7.30 pm fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali –Razzett tal-Markiż, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.Kulħadd mistieden jattendi. Dħul bla ħlas. Għal aktar tagħrif sibuna fuq facebook: Razzett tal-Markiż jew fuq il-Website tal-Għaqda: talentmosti.com
  • L-Uffiċċju Missjunarju se jorganizza ‘warehouse sale’ bejn illum u l-aħħar ta’ Lulju, fi Triq Addolorata, Ħal-Tarxien.  Jkun miftuħ matul il-Ġimgħa bejn id-9am u 12.30pm u bejn l-4pm u 7pm, u nhar ta’ Sibt bejn id-9am u 12.30pm. Il-qliegħ kollu jmur għall-missjoni.
  • Il-Mission Fund qed torganizza Garage Sale f’ ‘St. Joseph’  Triq il-Ġummar B’Kara (bieb ma’ bieb mal-Forn – Triq wara l-Eurosport)  kuljum mid-9.30am sas-1.00pm.
  • Paws 4  A Cause huwa c-Charity Shop b’risq L-SPCA Malta u jinstab f’25, Triq Gorg Borg Olivier Sliema.  Jaċċettaw ukoll donazzjonijiet ta’ oġġetti, u jkun miftuħ mit–Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.30am sal-5.30pm u s-Sibt mid-9.30am sas–1.00pm. Min jixtieq jissieħeb bħala volontier fil-ħanut  jista’ jibgħat e-mail fuq fundraising@spcamalta.org jew 21332201.