Avviżi Komunitarji – Is-Sibt 16 ta’ Ġunju 2018 (Filgħodu)

  • Għada l-Ħadd jiġi ċċelebrat Jum is-Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat Illum Lejliet il-Festa, fit- 8.30am tibda Quddiesa Solenni bil-Kant tat-Te Deum mmexxija mill-Kanonku Onorarju Luke Cutajar. Fl-4.30pm issir Quddiesa tal-Komunita’ Parrokkjali mill-Kanonku Claude Mifsud, Viċi Parroku. Fis-6.00pm issir Quddiesa. Fis-7.30pm jibda Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Fid-8.45pm issir l-Inawgurazzjoni tal-Infjorata fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa. Fid-9.00pm Il-Banda Konti Ruġġieru tibda marċ bl-Istatwa ta’ Kristu Ewkaristiku. Fl-10.30pm isir il-Logħob tan-nar tal-ajru.  Fil-11.30pm jibda l-ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art fuq iz-zuntier tal-Parroċċa.
  • Fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann għada l-Ħadd jitfakkar it-Twelidta’ San Ġwann Battista. Monsinjur Pawlu Cremona, Arċisqof Emeritus, se jmexxi Quddiesa fil-11.00am organizzata mill-Ambaxxata tal-Ordni Sovran Militari ta’ Ġerusalemm, Rodi u Malta.
  • Fl-okkażżjoni tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju l-Imqabba. Illum is-Sibt – Lejlet il-Festa fit-8.00am tibda Quddiesa Kantata mmexxija minn Fr Trevor Fairclough. Fis-6.00pm isir Għasar Solenni. Fis-6.30pm tibda Quddiesa Kantata mmexxija mill-Kappillan Dun John P. Curmi. Jippriedka l-Kanonku Fr David Cilia. Fid- 8.45pm jibda programm ta’ mużika leġġera mill-Banda La Vittoria tal-Mellieħa fuq il-Planċier.  Fl-10.00pm isir marċ trijonfali mill-Banda La Vittoria tal-Mellieħa. Fl-9.45pm jibda Spettaklu Pirotekniku li jinkludi ħarqa ta’ murtali tradizzjonali Maltin
  • Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu tiġi ċċelebrata fil-Kappella tas-Sorijiet Karmelitani Ta’ Kerċem – Għ Illum is-Sibt 16 Jum il-Festa u t-Terzjajri Karmelitani – fis-7.00am jibda l-Uffiċċju tal-Qari u kant Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum li jitmexxa minn Mons. Karm Borg, Kappillan tas-Sorijiet. Fil-5.30pm jingħad Rużarju u Talb tat-Terzjarji. Fis-6.00pm tibda Quddiesa Konċelebrata segwita minn Innu, Antifona “Flos Carmeli”, Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu u Barka Sagramentali. Dawk kollha li jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni wara jkunu mistiedna għall-bibita għand is-Sorijiet Karmelitani
  • F’għeluq l-40 sena minn meta r-Regola tal-Ordni Franġiskan Sekular ġiet emendata u approvata mill-Papa Pawlu VI fl-1978, se tiġi ċċelebrata quddiesa bil-parteċipazzjoni tat-tlett Provinċjali, nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju fis-6.15pm fil-Knisja ta’ San Franġisk, Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta. Mistiedna b’mod speċjali l-membri kollha tal-Ordni Franġiskan Sekular.
  • Fil-parroċċa ta’ San Duminku fil-belt Valletta qed jitfakkru il-15 il Tlieta ta’ San Duminku. Fis-5.45pm jingħad rużarju, segwit minn quddiesa fis-6.15pm li tinkludi kurunella, antifona, Barka Sagramentali u l-Bews tar-relikwa.  F’din il-laqgħa tat-Tlieta 19 ta’ Ġunju, Patri Aaron Zahra  jitkellem dwar Is-Salvazzjoni tal-Erwieħ

 

  • Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju s-Soċjeta tal-Museum se torganizza laqgħa oħra tal-Grupp San Ġorġ Preca fiċ-Ċentru Studji Dun Ġorġ fil-Blata l-Bajda (dħul minn ħdejn is-Sagristija) u tibda fis-6:30pm u tintemm fis-7:15pm.Din il-laqgħa din id-darba mhux qed issir fl-aħħar Ġimgħa tax-xahar minħabba li fit-29 taħbat festa.Waqt din il-laqgħa tiġi diskussa r-rabta bejn Dun Ġorġ u San Ġwann il-Battista, li l-festa tat-twelid tiegħu issir f’dan ix-xahar. Għal min ikun jixtieq, ikun hemm il-quddies fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fis-6.00pm.
  • Il-Kummissjoni Emigranti tavża li s-Sagramenti ta’ l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma ta’ l-Isqof għat-tfal tal-Emigranti Maltin li jkunu Malta fis-sajf, ser issir nhar l-Erbgħa 25 ta’ Lulju. Għal aktar tagħrif  ċemplu Dar l-Emigrant  telefon 21222644
  • Qed issir sejħa lill-ex-membri tal-Fergħa Ewkaristika tal-Marsa u lil kull min jinteressah biex isir membru tal-fergħa biex jattendi għall-attivita’ li se ssir is-Sibt 7 ta’ Lulju fis-7.30pm.  Matul din il-laqgħa jingħata tagħrif minn Dun David Cilia, Delegat Speċjali ta’ l-Arċisqof għall-Fergħa Ewkaristika, kif ukoll ikun ippreżentat il-kumitat il-ġdid.  Qabel il-laqgħa ikun hemm Rużarju u Adorazzjoni fis-6.00pm u quddiesa fis-7.00pm. Wara l-laqgħa ssir bibita għal kull min jattendi.
  • L-Istitut Paulo Freire tal-Ġiżwiti niehda proġett biex adulti jitħajjru jaqraw bil-Malti jew bl-Ingliż permezz ta  one to one sessions f’ħinijiet u ġranet konvenjenti.  Hemm bżonn voluntiera adulti biex jgħinu lil dawn il-persuni. Jekk għandek 22 sena ‘l fuq u tixtieq tgħin, ikkuntattja lil Fr Edgar Busuttil fuq 21694583 jew mur l-Istitut f’76, Triq Sant’Anġlu ż-Żejtun.
  • L-Association of Breastfeeding Counsellors fi ħdan il-Moviment ta’ Kana, se torganizza kors ieħor dwar kif għandek tredda’ lit-tarbija tiegħek. Dan se jibda it-Tnejn 18 u l-25 ta’ Ġunju u jkompli fit-2 ta’ Lulju fl-Istitut Kattoliku, l-Furjana, mill-5:00pm sas-7:00pm. Għal aktar infomazzjoni ċemplu 9983 7170 jew ibgħatu imejl fuq charmainegalea@gmail.com
  • Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa ta’ Triq Mountbatten, Blata l-Bajda se jorganizza diversi korsijiet għas-sajf li jinkludu fost oħrajn Taħrig fl-ICT, kors tal-Ingliż, Konverżazzjoni tat-Taljan u tal-Malti, Matematika, u Kif tintroduċi ix-Xjenza mat-Tfal Żgħar. Għal aktar tagħrif ċemplu 21248881 jew  21246982 jew ibgħatu imejl  fuq ncwmalta@camline.net.mt
  • L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ Wirja Artistika minn  Lorraine Paris bit-tema Brush Strokes sas-Sibt 23 ta’ Ġunju fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Miftuħa mit-Tnejn  sas-Sibt mis-6pm sat-8pm u fil-Ħdud: mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm
  • Il-Parroċċa ta Ħ’Attard ser  terġa torganizza is-Summer Club għal tfal ta bejn il- 5 u 13 ‘il sena, bejn Lulju u Awissu. Dan il-klabb jibda b’quddiesa u wara jsiru attivitajiet soċjali, logħob u ħarġiet kulturali u sportivi. Kull min hu interessat jista’ jiġbor applikazzjoni u aktar informazzjoni mill-uffiċċju parrokkjali ta Ħ’Attard fuq 21434949.
  • Il-Grupp Step Up For Parkinson’s jorganizza klassijiet taż-żfin immirati apposta biex jgħinnu lil dawk li għandhom din il-kundizzjoni u lil carers tagħhom. Il-klassijiet isiru bla ħlas f’lokalitajiet differenti.  Aktar tagħrif jinkiseb billi ċċemplu 99200822 jew ibgħatu email info@StepUpForParkinsons.com