Avviż: Tibdil f’ħinijiet tal-vjaġġi tal-Gozo Channel

Il-kumpanija Gozo Channel tavża li nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar se jkun hemm tibdil fil-vjaġġi ta’ filgħodu.
Il-vjaġġi filgħodu se jkunu kull nofsiegħa bħal ta’ nhar ta’ Tnejn, jiġifieri fis-6am, fis-6.30am, fis-7am u fis-7.30am mill-Imġarr, u fis-6.30am, fis-7am u fis-7.30am miċ-Ċirkewwa.
Il-kumpanija tavża wkoll li mis-Sibt 30 ta’ Jannar, il-vjaġġi kollha jerġgħu lura għall-iskeda tax-xitwa.