Avviż: Tgħumx fil-bajja tax-Xlendi

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż biex ma jsirx għawm fil-bajja tax-Xlendi. Dan hekk kif il-kwalità tal-ilma f’din il-bajja mhux tajjeb għall-għawm.

Fi stqarrija d-Direttorat qal li mhux rakkomandat li jsir għawm fil-bajja tax-Xlendi u li twaħħlu wkoll tabelli li jindikaw dan l-għeluq. Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt .

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab f’ Santa Venera.  Barra dawn il-ħinijiet, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iċempel fuq is-sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq il-mobile għal Malta numru 7950 9918 u għal Għawdex numru 7950 9919.