Avviż mill-Pulizija: Toroq magħluqa llejla

Il-Pulizija ħarġet avviż sabiex is-sewwieqa jevitaw l-akwati ta’ San Ġiljan wara s-7pm. Dan hekk kif dawn l-aħħar ftit ġranet inħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku fl-akwati minħabba li hemm deiversi toroq magħluqa minħabba l-festa tal-lokal.

Filmati ppublikati fuq il-midja soċjali juru l-konġestjoni kbira li qed tinħoloq lejn San Ġiljan mill-mini ta’ Paceville sal-grawnds tal-Luxol u tas-Sliema direzzjoni lejn San Ġiljan.

Skont l-avviż maħruġ mill-Pulizija llum u għada l-Ħadd dawn it-toroq se jkunu magħluqa u l-karozzi li jibqgħu fihom se jkunu rmunkati:

Mis-7pm sa 1am:

    • Triq it-Torri, Tas-Sliema direzzjoni lejn San Ġiljan: Karozzi li jgħaddu minn din it-triq minflok se jkunu jistgħu jgħaddu minn Triq Dingli f’Tas-Sliema.

    • Triq Mikiel Anġ Borg direzzjoni lejn il-Pjazza ta’ San Ġiljan

    • Triq il-Baltiku direzzjoni lejn Triq Mikiel Anġ Borg

    • Triq Mikiel Anġ Borg viċin Triq Reġjonali
    • Triq il-Kbira kantuniera ma’ Triq Lapsi, Pjazza Qalb ta’ Ġesù, inkluż il-parkeġġ ta’ Tiguglio

    • Triq San Ġorġ

    • Triq Ġorġ Borg Olivier

    • Triq  Wied Għomor

    • Triq Ivo Muscat Azzopardi

Mill-5pm sa 1am:

  • Triq Lapsi
  • Triq il-Kbira
  • Il-Parkeġġ tal-Knisja
  • Triq Alfred Gauci
  • Trejqet il-Bajja
  • Triq Ġorġ Borg Olivier,
  • Pjazza Qalb ta’ Ġesù
  • Triq San Ġorġ
  • Triq Francis Zammit
  • Triq SantʼAnġlu
  • Triq il-Karmnu
  • Triq SantʼElija
  • Telgħet Birkirkara
  • Triq Mikiel Anġ Borg
  • Parkeġġ ta’ Tiguglio

Il-Ħadd mit-8am sa 3pm:

  • Triq San Ġorġ
  • Pjazza Qalb ta’ Ġesù
  • Triq Mikiel Anġ Borg
  • Triq il-Kbira
  • Triq Ġorġ Borg Olivier
  • Parkeġġ ta’ Tiguglio

Il-Ħadd mill-5pm ‘il quddiem:

  • Triq Mikiel Anġ Borg direzzjoni lejn il-Pjazza ta’ San Ġiljan
  • Triq il-Baltiku direzzjoni lejn Triq Mikiel Anġ Borġ,
  • Triq Mikiel Anġ Borg minn ħdejn Triq Reġjonali
  • Triq il-Kbira kantuniera ma’ Triq Lapsi
  • Pjazza Qalb ta’ Ġesù
  • Parkeġġ ta’ Tiguglio
  • Triq San Ġorġ
  • Triq Ġorġ Borg Olivier
  • Triq Wied Għomor
  • Triq Ivo Muscat Azzopardi
  • Triq il-Kbira direzzjoni lejn Pjazza Qalb ta’ Ġesù se tingħalaq mis-2pm.

Hekk kif dawn it-toroq prinċipali f’San Ġiljan se jkunu magħluqa l-Pulizija qalet li t-traffiku:

  • Minn Triq it-Torri f’Tas-Sliema direzzjoni lejn San Ġiljan se jkun jista’ jgħaddi minn Triq Dingli f’Tas-Sliema.
  • Minn Triq Sant’Andrija f’Pembroke se jkun jista’ jgħaddi minn Triq Santu Wistin.
  • Minn Triq Reġjonali se jkun jista’ jgħaddi mill-mina direzzjoni lejn l-Imsida.
  • Minn Triq il-Baħar l-Iswed se jkun jista’ jgħaddi lejn il-Wied ta’ San Ġwann biss.
  • Minn Triq Ross (viċin Portomaso) se jkun jista’ jgħaddi biss lejn Triq San Ġorġ direzzjoni lejn Paceville.
  • Minn Triq Manwel Dimech f’Tas-Sliema u Triq Telgħet San Ġiljan se jku jista jgħaddi lejn Triq it-Torri, Tas-Sliema.