Avviż mid-Direttorat tas-Saħħa: Tikolx din il-fażola ħelwa

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża biex il-pubbliku joqgħod attent u ma jikkunsmax pakketti tal-fażola ħelwa tad-ditta MP.

Fi stqarrija d-Direttorat tas-Saħħa qal li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li l-importazzjoni ta’ fażola minn Niġerija mhix awtorizzata.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numrutat-telefon 2133 7333 mit-8am ta’ filgħodu sas-2.30pm ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.