Maltese Roads Traffic Updates qiegħda tavża lis-sewwieqa biex joqogħdu attenti huma u jsuqu f’San Ġiljan minħabba likwidu perikoluż li hemm fit-triq.
Fuq Facebook, il-paġna spjegat li dan jinsab qabel il-mini ta’ San Ġiljan fid-direzzjoni lejn il-Kappara.
Jidher li dan il-likwidu tħalla hemm mill-inċident traġiku tal-bieraħ filgħaxija, li fih sewwieq tal-mutur tilef ħajtu.
Il-paġna qalet li l-likwidu hu ta’ periklu għall-karozzi u l-muturi.