Avviż fuq prodotti b’togħma ħażina għax jaf fihom ftit deterġent

Nescafe Nesquik

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż fuq żewġ xarbiet – shake taċ-ċikkulata u prodott tal-kafè – li għandhom togħma ħażina għax jaf fihom ftit deterġent tal-ħasil.

Dan l-avviż ħareġ skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002.

Ġie spjegat li dawn iż-żewġ prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibbiltà li fihom traċċi ta’ prodott li jintuża waqt il-produzzjoni biex jinħaslu l-kontenituri qabel jimtlew. Dan qed jikkawża togħma ħażina fil-prodotti.

Prodott 1Nesquik Shake
DittaNestle
Volum180ml
Jiskadi27/01/2021
Prodott 2Shakissimo Capuccino Decaffeinato
DittaNescafé
Volum190ml
Jiskadi02/02/2021

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.