Avviż falz fuq Facebook

F’dawn il-jiem, kienu ħafna l-Maltin li kitbu fuq Facebook dikjarazzjoni li tipproteġi l-privatezza tal-profil u ritratti tagħhom. Dan wara li rawha għal diversi drabi fuq paġni ta’ nies oħra.

Madankollu, din id-dikjarazzjoni hija avviż falz u bl-ebda bażi legali. Il-blog ‘Metro’ li josserva dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ teknoloġija, qal li wieħed li jagħmel avviż bi kliem legali ma jfisser xejn.

Il-blog ikompli jgħid li malli tidħol fuq facebook hemm it-termini u l-kundizzjonijiet li wieħed bilfors irid jaqbel magħhom qabel ma jibda juża l-facebook. Avviz bi kliem legali jista jinstema professjonali, imma m’għandu effett ta’ xejn fuq l-istess kundizzjonijiet imposta minn facebook.

L-avviż għandu wkoll żbalji fid-dettalji. L-avviż jikkwota liġi Amerikana bl-isem ta’ ‘Uniform Commercial Code’. Meta wieħed janalizza mill-viċin il-liġi kwotata jinduna li din tikkonċerna biss kif stati Amerikani jistgħu jagħmlu l-kummerċ bejniethom.

Xi ħaġa li hi totalment differenti mir-regoli ta’ facebook.