​Avviż: Evitaw Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta llejla

Bejn it-8.00 tal-lejla u l-5.00 t’għada filgħodu,  fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta se jkunu għaddejjin xogħol ta’ manutenzjoni minn Transport Malta, minn ħdejn ir-roundabout ta’ Tarġa Gap sal-knisja tal-Mosta.
Transport Malta ħeġġet lill-pubbliku biex jevitaw, sa fejn hu possibbli, dawn l-inħawi, hekk kif wissiet li t-traffiku, inkluż it-trasport pubbliku se jiġi ddevjat – lejn Triq il-Kbira u Triq id-Difiża Ċivili lejn Burmarrad, il-bqija, minn Triq ta’ Żejfa.
Waqt li skużat ruħha ta’ kull inkonvenjent, Transport Malta ħeġġet lis-sewwieqa biex isegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.