Avviż dwar kumpanija tal-irħam li rrifjutat li trodd il-flus lura lill-klijent

Google Maps

L-Aġent Direttur Ġenerali mill-Awtorità għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħabbar li l-kumpanija V.G. Tiles & Marble Centre rrifjutat li timxi mad-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi, li ordnalha tħallas lura lill-konsumatur.

Fi stqarrija ġie spjegat li skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-Awtorità għall-Kompetizzjoni għall-Affarijiet tal-Konsumatur qiegħda toħroġ dan l-Avviż Pubbliku li bih qed tidentifika u tgħarraf lill-pubbliku li l-kumpanija ma ħallsitx l-€1,164 li ġiet ordnata tħallas lill-konsumatur.

B’dan, il-materjal inkwistjoni, l-irħam, kellu jsir propjetà tal-kumpanija, u jitneħħa billi tħallas il-kumpanija wkoll.

It-Tribunal ċaħad il-kontro-talba tal-kumpanija kontra l-konsumatur sabiex dan iħallas il-bilanċ dovut ta’ €1,400, bl-ispejjeż kontra l-istess kumpanija.