Avviż dwar il-Bacos u 3 pakketti oħra

Il-pakketti Bacos, Potato Chip, Scotts Mans u Multi taste snacks m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni allerġiċi għall-karawett.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika avżat li dan minħabba li nstab fihom traċċi ta’ karawett, li mhux iddikjarat fuq it-tikketta.
Spjegat li dan japplika għal Bacos bin-numri tal-lott 140 u 337, Potato Chips (Salt & Vinegar) Scott Mans u Multi taste snacks tal-lott 140.
Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata tindika fuq it-tikketta li l-prodotti fihom traċċi ta’ karawett, iżda probabbilment parti mill-produzzjoni laħqet waslet għand il-konsumatur.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333  jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt