Avviż: Dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat

Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed jirtira mis-suq suppliment tad-dieta, li jinbiegħ f’kapsuli, bl-isem Lipo 6 Unlimited tad-ditta Nutrex.
Il-prodott jinbiegħ f’ċilindru tal-plastik lewn il-fidda u fih 120 kapsula kull ċilindru.
Id-Dipartiment wissa li l-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih sustanza li hi pprojbita fl-ikel.
Xi ċilindri bil-prodott diġà nxtraw minn membri tal-pubbliku, minn ħwienet jew mill-internet.