Avviż biex il-pubbliku ma jikkunsmax dan il-ġelat

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, informa l-pubbliku biex ma jikkunsmax il-ġelat tad-ditta Smiles minħabba riskju li hemm fih preżenza ta’ biċċiet tal-plastik.

Fi stqarrija, id-Direttorat spjega li dan l-avviż jaffettwa l-ġelati ta’ togħmiet differenti: vanilla, ċikkulata, dessert ripple, nocciola, tal-frawli u strawberry ripple. Il-lottijiet u d-dati ta’ durabbilità minima kollha sa, imma eskluż, it-13 ta’ Jannar tal-2022 u d-dati ta’ wara. Il-prodotti huma tal-kaxxa taż-żewġ litri.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 21337333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.