Avventura ġdida għal Antonio Conte

L-eks kowċ ta’ Juventus u Chelsea, Antonio Conte qabel mat-termini li jsir il-kowċ il-ġdid ta’ Inter. Ġurnalist minn Sky Sport Italia qal il-ġimgħa l-oħra li huwa ċert li Antonio Conte se jkun il-kowċ li se jieħu post il-kowċ preżenti Luciano Spalletti ta’ Inter.

Aktar minn hekk, huwa mifhum li l-eks captain Taljan se jkun qed jiffirma l-kuntratt għal tlett jew erba’ snin ma’ Inter hekk kif jemmen li jista’ jgħinhom jiksbu l-kapaċità mill-ġdid biex jirbħu t-tazzi.