Avukati jiftħu kawża kontra l-amministrazzjoni ta’ Trump għax prova jsikkithom

FILE PHOTO: U.S. President Donald Trump pauses as he addresses his first re-election campaign rally in several months in the midst of the coronavirus disease (COVID-19) outbreak, at the BOK Center in Tulsa, Oklahoma, U.S., June 20, 2020. REUTERS/Leah Millis/File Photo

Diversi avukati prominenti li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem qed  ifittxu lill-amministrazzjoni ta’ Donald Trump wara li qed jallegaw li pruvaw iskktuhom u jwaqqfuhom milli jkomplu bil-ħidma tagħhom sabiex jiksbu ġustizzja għall-vittmi tal-gwerra minn madwar id-dinja.  

L-avukati qalu li f’Ġunju li għadda huma ġew infurmati li se jkun hemm ‘konsegwenzi serji’ għal dawk li jappoġġjaw ix-xogħol tal-Qorti Internazzjonali Kriminiali, The Hague. Huma kellhom iħassru diskorsi, preżentazzjonijiet u jtemmu riċerka assoċċjata ma’ din il-Qorti.

Huma qegħdin jallegaw li dan imur kontra d-drittijiet fundamentali tagħhom dwar il-libertà tal-istampa.

F’Settembru fl-Istati Uniti din l-ordni eżekuttiva ġiet imħarsa permezz ta’  sanzjonijiet li ġew imposti. Dawn is-sanzjonijiet kontra żewġ prosekuturi tal-Qorti Internazzjonali Kriminali kienu daħlu fis-seħħ wara li oriġinarjament saru sabiex iwaqqfu t-traffikar tad-droga u t-terroristi.

Waħda minn dawn l-avukati spjegat li hija tagħti pariri lill-prosekutur Bensouda dwar tfal li jinsabu f’kunflitt. Hija ilha tagħmel dan ix-xogħol mingħajr ħlas mill-2012.

Din il-kawża nfetħet fil-Qorti federali ta’ New York hija kontra Donald Trump, is-segretarju tal-istat Mike Pompeo, it-teżorier Setven Mnuchin, l-avukat ġenerali William Barr, id-direttur tal-uffiċċju tal-affarijiet barranin Andrea Gacki u d-dipartimenti rispettivi.