Avukat qal li l-multi imposti fuq il-klijenti tiegħu huma “użura istituzzjonalizzata”

Tlett irġiel instabu ħatja li ma ħallsux it-taxxa tad-dħul, il-kontribuzzjonijiet soċjali u l-VAT wara li l-kumpanija li kienu qed imexxu falliet fi żmien sena.
Fil-Qorti ntqal li wieħed mill-irġiel mar jaħdem bħala kollettur tal-iskart biex ikun jista’ jħallas l-multi li kienu ġew imposti fuqu mill-Qorti.
L-avukat difensur saħaq li l-multi huma kbar u ddeskrivihom bħala użura istituzzjonalizzata.
Enfasizza li lanqas jekk jgħaqqdu s-salarji kollha ta’ ħajjithom flimkien ma jkunu f’pożizzjoni li jħallsu dak li huwa dovut.
Id-deċiżjoni tal-Qorti mistennija għal Diċembru li ġej.