Read in English.
L-eks Ministru Laburista u avukat Joseph Brincat issottometta nota fir-rekords tal-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fejn ġibed l-attenzjoni tat-tħassib kritiku tal-ġurnalista assassinate fejn tidħol il-protezzjoni tal-pulizija.
Flimkien ma-nota tiegħu, hu ssottometta wkoll diversi screenshots mill-blogg ta’ Daphne Caruana Galizia, Running Commentary, fejn argumenta li Caruana Galizia kienet irridikolat lill-eks kummissarju għal-liġi u Membru tal-Parlament Franco Debono talli talab għal din it-tip ta’ protezzjoni. Brincat sostna li ried jesponi dak li kienet taħseb Caruana Galizia dwar il-protezzjoni li seta’ offriela l-Istat.
L-inkjesta pubblika għandha l-irwol li tinvestiga jekk l-istat iffaċilitax jew falliex milli jipprevjeni l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Hi mitluba tistabbilixxi jekk l-istat ippermettix li jinħoloq ambjent ta’ impunità li wassal biex jiżviluppaw kriminalitajiet serji. L-inkjesta pubblika trid tiddetermina jekk l-istat issodisfax jew hux qed jissodisfa l-obbligi pożittivi tiegħu biex jipproteġi l-individwi f’riskju, partikolarment lill-ġurnalisti.
Il-bord tal-inkjesta pubblika hu magħmul mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia bħala chairperson, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro li għadha qed isservi bħala Imħallef.
Il-bord kemm-il darba staqsa lix-xhieda dwar il-protezzjoni offruta lill-ġurnalisti.
L-avukat qal li f’waħda mill-posts tagħha, Caruana Galizia qalet li kienet irrifjutat il-protezzjoni tal-pulizija li kienet offruta lilha qabel l-2013.