Autobuses de Leon jiltaqgħu mal-GWU

Il-kumpanija tal-Gvern, Malta Public Transport, u l-awtorità Transport Malta kellhom laqgħa mal-General Workers’ Union fejn laqqgħu l-maniġment tal-kumpanija Spanjola li se tibda tmexxi t-trasport pubbliku f’Malta, ma’ rappreżentanti tal-unjin.
Il-GWU hi l-unjin li tirrappreżenta lill-ħaddiema fil-qasam tat-trasport pubbliku.
Matul il-laqgħa ntlaħaq qbil li ż-żewġ partijiet għandhom jaħdmu biex jitjiebu l-ambjent u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, li min-naħa tagħhom jimpenjaw irwieħhom li jtejbu s-servizz mogħti lill-pubbliku.
Autobuses de Leon mistennija jibdew iħaddmu s-servizz tat-trasport pubbliku minn għada