L-Awtorità tad-Djar regolatur tas-suq tal-kera privata

L-Awtoritá tad-Djar inħatret bħala Regolatur tas-suq tal-kera privata.

Fil-jiem li għaddew, ġiet approvata mill-Parlament il-liġi li tirregola s-settur tal-kirjiet. Imbagħad, is- Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ħatar uffiċjalment lill-Awtorità tad-Djar bħala r-regolatur tas-suq tal-kera privata.

Fi ħdan l-awtorità, twaqqaf unit ġdid li se jkun responsabbli speċifikament mill-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida tal-kera. Galdes żied jgħid li dan il-unit fi ħdan l-Awtorità tad-Djar se jkun responsabbli minn dawn l-affarijiet:

  1. Se jsolvi l-kwistjonijiet bejn is-sidien u dawk li jgħixu fil-kera quddiem panel apposta;
  2. Se jkun qed jieħu ħsieb ir-reġistrazzjonijiet tal-kirjiet;
  3. Jirregola l-kirjiet skont kif titlob din il-liġi;
  4. Jiġbor informazzjoni rigward is-suq tal-kera, u b’hekk jinforma l-politika tiegħu.

Il-liġi tidħol fis-seħħ f’Jannar li ġej. Is-sit rentregistration.gov.mt diġà qed topera.