Austin Gatt ordnat iħallas €1,000

L-eks Ministru Nazzjonalista, Austin Gatt ġie ordnat iħallas €1,000 f’danni lil Membru Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Marlene Mizzi.

L-MEP Laburista kienet oġġezzjonat għall-kummenti li għamel Austin Gatt f’intervista f’ġurnal lokali lura f’Lulju tal-2005. Marlene Mizzi, li dak iż-żmien kienet isservi bħala Chairperson tas-Sea Malta, qalet li l-kummenti li ta Austin Gatt huma libellużi.

Il-każ kien tressaq il-Qorti lura fl-2005.