Austin Gatt nefaq €18,000 f’ sitt titjiriet

L-eks Ministru Nazzjonalista tal-Infrastruttura u Trasport Austin Gatt nefaq mhux inqas minn €18,151 f’ sitt titjiriet Ewoprej.

Mistoqsi matul is-seduta parlamentari tal-bieraħ dwar l-infiq ta’ Austin Gatt, l-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi żgħar Chris Cardona qal li Austin Gatt u d-delegati li akkumpanjawh nefqu €18,151 f’sitt titjiriet fl-2012.

Dawn jinkludu titjiriet lejn Brussel, Lussemburgu, Londra, Limassol u Gothenburg fl-iSveżja. €6,632 intefqu fit-titjira lejn Gothenburg fiċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Maritimu Ewropew fl- 20 ta’Mejju 2012 filwaqt li mawra f’Londra dwar l-Arriva ġiet tiswa €1,929.

L-infiq jinkludi t-titjiriet tal- eks Ministru u kif ukoll l-akkomadazzjoni u spejjeż oħra.

F’ dawn is-sitt titjiriet, l-Ministru Gatt kien akkumpunjat minn tal-inqas persuna waħda minn ħdan il-Ministru tiegħu.