Austin Bencini jgħid li Malta għandha tkun “newtrali imma mhux newtralizzata”

Il-Kostituzzjoni ma żżommx lill-Gvern Malti milli jagħti sehmu fil-glieda li ilha għaddejja kontra t-terroriżmu.
Fil-Programm Newsbook fuq RTK l-espert fil-liġi kostituzzjonali Austin Benici qal li l-Kostituzzjoni ta’ Malta titlob li Malta tkun “newtrali imma mhux newtralizzati”. Qal li skont il-Kostituzzjoni , Malta għandha tkun stat attiv f’dak li għaddej barra minn Malta
“Is-sovranità tfisser li ħadd m’għandu jindaħal fuq liema diversi miżuri jittieħdu biex tiġi assigurata d-difiża ta’ Malta.”
Fil-każ ta’ Franza, Benicini spjega li Malta ma tidħolx tgħin lil pajjiż ieħor b’mod awtomatiku iżda li jrid ikun hemm il-kunsens tal-Gvern Malti wara talba minn pajjiż ieħor.
Tenna li wara li jkun assigurat li l-interess ta’ Malta jiġi l-ewwel imbagħad naraw x’ikun qed jintalab mill-pajjiż l-ieħor.
Austin Benicini qal li fil-Kostituzzjoni hemm restrizzjoni ta’ bażi militari barranija iżda din ma xxekkilx lil Gvern Malti milli jimplimenta miżuri biex jifforma bażi militari għal Malta u jassigura d-difiża tal-gżira.
Spjega li din il-klawsola fil-Kostituzzjoni kienet ġiet imlimentata fl-1979 biex titneħħa l-bażi militari Ingliża u b’hekk Malta ma tintużax bħala mezz ta’ attakk għal ħaddieħor.
Fakkar li Malta għandha wkoll patti ta’ sigurtà ma’ pajjiżi oħrajn biex f’każ ta’ xi theddida jintalbu biex jiddefendu lil Malta.