Aurier viċin Tottenham

Wara li xtraw lil Davinson Sanchez mingħand Ajax, huwa imminenti li jasal it-tieni akkwist ta’ Tottenham Hotspur li mistennija jiksbu s-servizzi tal-plejer mill-Ivory Coast Serge Aurier.
Skont il-gazzetta The Telegraph, il-plejer ta’ 24 sena ta’ Paris St Germain mistenni jissieħeb ma’ Spurs għaċ-ċifra ta’ €25 miljun.
Inter ukoll kienu qed juru interess f’dan il-plejer li ilu mal-Pariġini sa mill-2015 u skorja 2 gowls fit-43 darba li lagħab magħhom.
Aurier diġà kellu esperjenzi wkoll ma’ Lens u Toulouse fil-Ligue 1 Franċiża u din għalih tista’ tkun l-ewwel esperjenza internazzjonali.