“Aurelio ħareġ mill-intervent u jinsab stabbli” – Gloriana Arpa Belli

Aurelio u Gloriana Arpa Belli

Kienu bosta dawk li ħassewhom kommossi bil-filmati li juri lil bosta personalitajiet jagħtu kuraġġ lill-Maestro Aurelio Belli li dalgħodu daħal l-isptar għal intervent pjuttost serju.

Ftit tal-minuti ilu, Gloriana, il-mara ta’ Aurelio ikkonfermat li Aurelio ħareġ mill-intervent u jinsab stabbli.

“Ma kienx intervent faċli u għalissa jinsab stabbli. Għadu kmieni biex it-tobba jgħidulna aktar,” qaltilna hi waqt li ħadet l-opportunità biex tirringrazzja lill-eluf ta’ nies li talbu għalih u bagħtu wkoll messaġġi biex jawgurawlu fejqan ta’ malajr.

Newsbook.com.mt jingħaqad mal-eluf ta’ Maltin biex jawgur fejqan ta’ malajr lil Maestro Belli.